Clayton Pace, li l-ġimgħa l-oħra ħabbarna li aktar tard din is-sena ħa jkun qed jiżżewweġ qed jiċċelebra għeluq sninu proprju llum. L-attur għalaq tletin sena u jidher li l-għarusa tiegħu ħejjietli daqsxejn ta' festin fi tmiem il-ġimgħa ma' dawk l-aktar għeżież għalih.
Din id-darba forsi ħarira aktar speċjali mis-soltu għax dan hu l-ewwel għeluq sninu minn meta sar missier taċ-ċkejken Noah flimkien ma' Lenies.
Kienu bosta li awguraw lil Clayton f'dan il-jum speċjali. Aħna f'isem Gwida.mt, ningħaqdu mal-kumplament sabiex nawguraw lil Clayton sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbu. Nafu fiċ-ċert li hemm sena mimlija b'tant u tant affarijiet sbieħ. Awguri Clayton.
Facebook / Clayton Pace