Sue Rossi u Claudia Calleja, kulħadd jaf li jieħdu ħsieb is-serata ta' Miss World Malta. Sue Rossi li dan l-aħħar kienet fuq il-programm Prime Time ta' Owen Bonnici spiċċat tirrakonta esperjenza meta Claudia Calleja, waqt avveniment barra minn Malta ta ħass ħażin quddiem il-preżentatur famuż Jerry Springer.

Hi tgħid li dan kollu ġara minħabba li kienet qed tieħu xi pilloli kontra l-malarja u dawk kienu qawwijin ħafna. Claudia kienet flimkien ma' Ray Ashley u Sue Rossi. Waqt il-famuż ritratt, Claudia tibda tħoss il-ħass ħażin ġej.

Jidher li kollox kien għadda bil-ġid u fuq l-insistenza tagħha u ta' Sue, Claudia anqas lejn l-isptar ma kienet resqet. Aħna nibqgħu ngħidu li Jerry Springer kellu xi effett speċjali fuq Claudia u b'hekk kien ġralha hekk!

Nisperaw li ma jħallix dan l-effett fuq in-nisa kollha!

Instagram / lindashafran


Emil Calleja Bayliss