Dawn iż-żewġ personalitajiet li ċertament ilkom żmien tarawhom fuq it-televiżjoni, kienu parti minn produzzjoni flimkien għall-ewwel darba! Fil-fatt għandhom ħafna affarijiet komuni però qabel L-Interrogazzjoni, qatt ma rreċtaw qabel.

View this post on Instagram

A post shared by Angele Galea (@galeangele) on

 Clare Agius u Angele Galea it-tnejn li huma twieldu fl-1975. Huma ommijiet ta' żewġ subien u attendew l-istess skola sekondarja. Dan kollu qalitu Clare fuq Instagram flimkien ma' ritratt meħud fejn fih jidhru hi u Angele. 

View this post on Instagram

A post shared by Clare Agius 🇲🇹 (@clare_agius_) on

L-istess produzzjoni li ħadmu flimkien, L-Interrogazzjoni ta' Teatru Malta, għalqet b'suċċess enormi. Irċivew għadd ta' kliem ta' tifħir minn bosta u bosta kritiċi.

View this post on Instagram

A post shared by Clare Agius 🇲🇹 (@clare_agius_) on

U hekk jistgħu jgħidu li għandhom xi ħaġa oħra komuni. Kienu parti mill-istess produzzjoni mtella' minn Teatru Malta li marret tajjeb ħafna!


Kyle Zarb