L-ewwel darba li rajna lil Clara tippreżenta kien fuq il-programm ta’ filgħodu TVAM ma’ Quinton Scerri. Din il-koppja rat il-bidu tagħha bis-saħħa ta’ dan il-programm. Peress li kemm Gordon u Clara kienu jkunu fil-PBS fl-istess ħin, saru ħbieb, u minn hemm ingħataw proġett komuni u l-istorja ta’ mħabba tagħhom kompliet tifjorixxi.
Clara tiżvela magħna li ma kienx ser ikun l-isem tagħha, iżda l-ġenituri tagħha kienu se jsemmuha Anthea. L-isem inbidel tlitt ijiem qabel ma twieldet. Clara tiżvela li “kien ser ikun jisimni Anthea għax kien hemm series u kien hemm tfajla jisimha Anthea, u mid-dehra kien jogħġobhom ħafna."
Clara tkompli tgħidilna, "Imma ommi tgħid li xi tlett ijiem qabel ma twelidt iddeċidew li jkun jisimni Clara, għax kien għadu kif miet in-nannu li kien jismu Francis. Ma xtaqux isemmuni Francesca, allura semmewni Clara għal Santa Clara li kienet ħabiba ta’ San Franġisk.”
Hawn xi wħud minnkom li kważi kien jisimhom isem ieħor?
Facebook / Clara Farrugia