Il-paġna uffiċjali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ħabbret li Christine Haber se tkun qed tingħaqad ma' Valerie Vella u ommha Eileen Montesin, biex tippreżenta s-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2024.

Il-paġna tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tikteb, "Nintroduċu lil Christine Haber li se tkun qed tippreżenta l-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta' din is-sena. Il-biljetti se jkunu għall-bejgħ mill-Erbgħa 14 ta' Awwissu."

Lil Christine kemm-il darba rajnieha tippreżenta festivals lokali fosthom Konkors Kanzunetta Indipendenza stess, u anke l-Junior Eurovision. Flimkien ma' ommha Eileen mexxiet anke l-programm Don't Stop Me Now

Awguri mill-qalb Christine! Ħerqana biex għal darb'oħra narawk parti mill-konkors ta' din is-sena!


Kyle Zarb