Wara l-inċident li ġara s-Sibt li għadda, kulħadd baqa’ maħsud jittama li Christian Eriksen jgħaddilu b’wiċċ il-ġid. Fortunatament, Eriksen għadu kif informa lil kulħadd fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Instagram li jinsab f’kundizzjoni tajba!
Hu qal li fiċ-ċirkustanzi li qiegħed fihom, jinsab ħafna aħjar. Madanakollu mhux se jmur id-dar għalissa għax għadhom iridu jsiru xi testijiet fuqu biex ikunu ċerti li qiegħed f’saħħtu. Eriksen irringrazzja lil kull persuna li batitlu messaġġi ta’ kuraġġ minn madwar id-dinja kollha.
Hu se jkun qed jagħti s-sapport tiegħu lill kumplament tat-tim Daniż għal-logħob li jmiss!