Il-kantant Christian Arding għadu kemm ħabbar li se joħroġ il-vidjo mużikali tal-kanzunetta tiegħu ‘Għajjejt Inħobb’.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Arding qasam mas-segwaċi tiegħu l-aħbar li daqt se joħroġ b’mod uffiċjali, il-vidjo għad-diska li nterpreta f’Mużika Mużika.

Din il-kanzunetta ġiet ikklassifikata fit-tieni post u rebħet l-unur għall-aqwa interpretazzjoni waqt il-festival Mużika Mużika. Il-kompożitur tal-kanzunetta ‘Għajjejt Inħobb’ kien Gilbert Camilleri waqt li l-awtriċi kienet Rita Pace.

Bla dubju li lkoll qiegħdin eċċitati u kurjużi biex naraw dan il-vidjo!


Shanice Ahar