Il-kantanta lokali Christabelle tista' tgħid li żammet profil baxx ħafna wara l-esperjenza tagħha fil-Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta Taboo li kellha kliem ta' Matt Muxu Mercieca u mużika ta' Thomas G:Son. Il-kanzunetta sfortunatament ma kinitx waslet sal-finali iżda Christabelle għamlet wirja mill-aqwa ġewwa l-Portugall.

Jidher li tliet snin wara din l-avventura l-kantanta ddeċidiet li tagħmel ir-ritorn tagħha permezz tal-kanzunetta Breathe, kanzunetta miktuba minn Shaun Farrugia u Cyprian Cassar. Il-kantanta kienet qalet kemm-il darba li għandha album sħiħ lest iżda tenniet li ma tħossx li hu l-ħin opportun li toħroġ dan il-materjal.

Ritratt: Spotify

B'sorpriża għal dawk li jsegwu x-xena lokali, fuq ir-release radar ta' Spotify iltaqgħu mal-kanzunetta ġdida ta' Christabelle bit-titlu Breathe. Christabelle għadha ma xeħtet xejn fuq il-mezzi soċjali tagħha. Awguri minn qalbna Christabelle

Facebook / Christabelle Borg II


Emil Calleja Bayliss