L-istilla tal-films ta’ Hollywood u ċ-ċelebrità Chris Pratt ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni! Hu se jkun ġewwa pajjiżna aktar tard dan ix-xahar sabiex jiffilmjaw it-tielet film Jurrasic World. Tingħaqad ma' Pratt, Bryce Dallas Howard. Huma għandhom il-karattri ewlenin ta' Owen u Claire.

View this post on Instagram

A post shared by Johann Grech (@johanngrech) on

Fid-dawl tal-pandemija preżenti, diġà qed jiġu implimentati miżuri stretti ta' saħħa u sigurtà, inklużi postijiet ta' ttestjar fuq il-post fejn se jikkalkulaw li jagħmlu madwar 5,000 test fil-ġimgħa. Aktar minn 1,000 membru tal-ekwipaġġ lokali u barranin huma mistennija li jaħdmu fuq il-film tal-blockbuster.

View this post on Instagram

A post shared by Formally jurassic_world2018 (@jurassic_world_fandom) on

Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli qalet li "l-Kumissjoni Maltija għall-Films qed tistenna 9 produzzjonijiet internazzjonali għal din is-sena. Bl-ewwel produzzjoni tkun Jurassic World: Dominion, proġetti oħra multi miljunarji ser jitkomplew matul din is-sena, b’investiment kbir fl-ekonomija ta’ Pajjiżna. Dan ifisser li anke ser naraw effetti pożittivi anke fil-ħolqien t’impjiegi f’Pajjiżna".

Tgħid Malta se tidher bħala Malta din id-darba jew se tkun qed tidher f'isem pajjiż ieħor?  Nistennew u naraw! Li nafu żgur li d-dinosawri jinsabu fi triqthom lejn pajjiżna! 


Emil Calleja Bayliss