Chris Norman, il-vuċi oriġinali tal-grupp leġġendari Smokie, huwa l-aħħar artist li ġie mistieden biex jivvjaġġa lejn il-pajjiż għall-kuncerti tal-Summer Lust, li ser isiru fil-Grounds ta’ Ħal Għaxaq f’Mejju li ġej. L-artist, magħruf għall-karriera ta' suċċess ma’ Smokie, ser iwettaq spettaklu incredibbli flimkien mal-band tiegħu nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Mejju.

Il-kunċert ta' Chris Norman ser jinkludi siegħa u nofs ta’ mużika, u jġib magħhom memorji mill-aqwa bil-kanzunetti klassiċi tal-grupp Smokie, fosthom Living Next Door to Alice, Needles and Pins, Oh Carol, Don’t Play Your Rock 'n' Roll to Me, I Meet You at Midnight, u ħafna oħrajn. Wara snin ta' suċċess internazzjonali ma' Smokie, Norman kompla bil-karriera solo tiegħu, fejn maħżen diski popolari bħall-Baby I Miss You, Mexican Girl, u Midnight Lady, li wkoll ser jiġu esegwiti fil-kunċert ta’ Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Mejju.

Id-dħul għal din is-serata huwa b'xejn, iżda ser jintlaqgħu donazzjonijiet għal Dar Bjorn. Biljetti għal postijiet bil-qiegħda u VIP jistgħu jinkisbu minn www.showshappening.com. Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert u l-jiem l-oħra tal-Summer LUST Music Festival 2025, żur il-paġna Facebook Summerlust – Ħal Għaxaq Music Events. Dan il-festival huwa morganizzat taħt il-patroċinju distint tal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta.

Għal ftit ġranet oħra ta’ mużika eċċezzjonali, inħeġġuk li tibbukkja issa!


Gwida.mt