Chris, magħruf għall-paġna tiegħu ‘The Life of Papa Chris’ illum qed jiċċelebra għeluq sninu flimkien mal-għeżież subien tiegħu. Hu ppubblika filmat magħhom fejn staqsihom biex jaqsmu messaġġ speċjali mas-segwaċi għal għeluq sninu.
Papa Chris beda billi qalilhom, “Tafu kemm għalaqt hux? 41! Xiħ hux? Santiago diġa beda jgħidli happy birthday!”
Is-subien infexxew ikantaw il-kanzunetta ‘happy birthday’ mill-qalb għaliex kienu tant eċitati biex jibdew jiċċelebraw u jduqu l-kejk! Meta lestew ikantaw qabdu jgħoddu n-numri.
Papa Chris iċċajta, “Tibqgħux sejrin sa 41, għandkom s’għada!” U imbagħad staqsihom, “Isimgħuni, x’tixtiequ tgħiduli?”
Il-kbir qallu, “Grazzi lil Chris, inti tieħu ħsiebna, u tagħtina l-ikel u l-ħwejjeġ.” Filwaqt li ż-żgħir staħa xi ftit jgħaddi l-messaġġ tiegħu imma qal kemm hu eċitat biex jieħu r-ritratti u jduq il-kejk!
Nawguraw lil Chris fil-ġurnata speċjali tiegħu!
Facebook / The life of Papa Chris Malta