Wasalna fir-raba' ġimgħa ta' Love Island Malta, li lbieraħ nistgħu ngħidu li bdiet b'ħafna emozzjonijiet. Wara sfida li kellhom il-parteċipanti biex jaqtgħu min huma t-tfal fir-ritratti li kien hemm imwaħħlin, spiċċaw f'mument ta' tensjoni għal darb'oħra. Dan hekk kif il-parteċipanti rċevew messaġġi li juru kif marru fl-aħħar votazzjoni tal-pubbliku.

Skont ir-riżultati l-inqas li ġabu voti kienu Shanise, Gabrielle u Timmy. It-tlieta li huma kienu għal xi ħin vulnerabbli u setgħu jispiċċaw iħallu l-villa dik il-lejla stess. Meta ddiskutew bejniethom il-parteċipanti kollha, ikkonkludew li tkun Shanise li titlaq, u dan fisser li Timmy u Gabrielle kienu għadhom fiċ-ċans li jsibu l-imħabba fil-villa.

Riżultat ieħor li tħabbar kien min hu l-favorit magħkom it-telespettaturi. Chelsea ħarġet ir-rebbieħa li rċeviet l-iżjed voti minnkom il-pubbliku. X'taħseb dwar dan ir-riżultat? Segwi l-episodju tal-bieraħ HAWN


Gwida.mt