L-istorja ta' Charmaine ħafna saru jafu biha fuq il-programm Tista' Tkun Int, Charmaine irritornat fuq Tough Luck tipprova tirbaħ kamra tas-sodda. Hi tfakkar l-istorja tagħha u t-tfulija kemxejn iebsa li kellha.

Minħabba l-fatt li ommha soffriet stroke u kellha nofs ġisimha pparalizzat. Charmaine trabbiet maz-zijiet u anke l-iskola primarja biddlet - minn Ħaż-Żebbuġ għal Ħad-Dingli. Hi tgħid bl-għajnuna ta' kulħadd irnexxielha.

Sfortunatament Charmaine tilfet lil ommha għaxar snin ilu u ftit fadlilha ritratti ta' ommha fl-aħħar snin ta' ħajjitha għax dawn kienu f'mobile li ġie misruq. Tirrakonta li ltaqgħet mar-raġel tagħha fuq sit fuq l-internet u minn hemm nibtet storja ta' imħabba.

The Foto Grafer - Facebook / Tough Luck


Emil Calleja Bayliss