Meta kienet żgħira s-Supritendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauchi kienet għamlet imħatra ma’ sħabha l-bniet. Ta’ tfal, kienu jimmudellaw u bejniethom qalu tgħid min għad jispiċċa fuq il-qoxra ta’ megażin la jikber. Għaddew is-snin u s'issa ħadd ma kien rebaħha. Iżda nhar il-Ħadd li ġej, Charmaine Gauci ser tirbaħ l-imħatra bis-saħħa ta' GWIDA.
5 ta’ Lulju ser tirritorna l-GWIDA b’aktar kontenut, akbar, isbaħ u b’ċans li tirbaħ €1000! Ser nagħmlu l-imħatra ta’ Charmaine Gauci realtà, hekk kif fuq il-faċċata hemm hi, l-ministru tas-saħħa Chris Fearne u l-virologu Christopher Barbara. Ritratti esklussivi tal-protagonisti tal-covid-19 f’Malta bi stejjer ħelwin.
Gwida issa kull xahar, li ser tiġi ppubblikata kull l-ewwel Ħadd tax-xahar. L-edizzjoni ta’ Lulju, tista’ ssib intervista ma’ Charmaine Gauci fuq il-ħajja tagħha, fuq il-familja li tant tgħożż, u l-esperjenza tagħha fuq il-Covid-19. Chris Fearne tkellimna miegħu fuq it-tieġ ta’ ibnu Julian, l-esperjenza tiegħu fil-Covid-19 u x’qallu biex jagħmel il-personal-trainer tiegħu Tony! Dr Barbara ser ikellimna fuq il-ħajja tiegħu, x’kien jagħmel fis-swali ta’ Mater Dei meta kien jara lil xi ħadd waħdu u x’għamel meta xi ħadd ħallielu qattusa quddiem id-dar tiegħu!
Ir-rivista Gwida tal-Ħadd li ġej ma tistax titlifha! Iva, ser ikun hemm gwida ta’ x’tista tara fuq l-istazzjonijiet lokali u dawk barranin. Kif ukoll intervista mal-preżentatriċi Andrea Cassar u Joseph Cauchi ta’ Liquorish ġurnata qabel il-finali ta’ dan il-programm.
Aktar stejjer, aktar intervisti u b'rigal fantastiku ta' €1000! Gwida fuq kollox u fuq kulħadd.