Id-disinjaturi Maltin Charles u Ron jidhru li daħlu fl-ispirtu tal-Milied! Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, Charles tefa’ ritratt li beda t-tiżjin fid-dar tagħhom.

Fir-ritratt tidher is-siġra tal-Milied imżejna b’bosta oġġetti differenti. Iżda l-iżjed ħaġa li tolqot l—għajn huwa l-qattus tagħhom Tiger, li jidher imxaħxaħ taħt is-siġra. Malajr sabu postu!

Charles kiteb: “Tiger tagħna jħobb il-Milied u s-siġra tal-Milied.” U veru hekk jidher!

Intom il-pets tagħkom iħobbuh il-Milied? Lill-klieb tiegħi noqogħdu nixtrulhom ir-rigali u nlibsulhom ix-xalel bil-ġonġol. X’tagħmel hux, la hekk iridu!

Facebook/Charles van Maarschalkerweerd Borg


Nicole Barbara