Il-ħanut ta’ Charles & Ron ġo Tigne Point ilbieraħ għalaq sena miftuħ. Biex jiċċelebraw, Charles u Ron għamlu ċerimonja ġol-ħanut tagħhom fejn ħarġu kollezzjoni ġdida ta’ ħwejjeġ u aċċessorji.

Għal din iċ-ċerimonja invitaw bosta personalitajiet. Fosthom, kien hemm Sarah Zerafa, li għal wieħed mill-ilbiesi l-ġodda ta’ C&R stqarret li hija xogħol ta’ arti.

sosa
Ritratt: Instagram/Sarah Zerafa

Filwaqt li Glen Vella qal kif Charles u Ron ħaqqhom dan is-suċċess kollu f’ħajjithom, Clare Agius ħadet erba’ ritratti ħelwin ma’ Charles. 

claire
Ritratt: Instagram/Clare Agius

Mill-banda l-oħra, Clayton Bonello u Chris Gatt mill-band The Travellers jidhru li ħadu pjaċir mhux hażin, speċjalment b’dik ix-xampanja!

travellers
Ritratt: Instagram/The Travellers

Tamara Webb ukoll ġiet mistiedna, iżda fuq il-profil ta’ Instagram tagħha qalet li għalkemm  il-kollezzjoni l-ġdida hi tal-ġenn, lanqas biss kellha enerġija biex tattendi ċ-ċerimonja.

webb
Ritratt: Instagram/Tamara Webb

Aħna f’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Charles u Ron tas-suċċess tagħhom. Ix-xogħlijiet tagħhom dejjem jissorprenduna u jħalluna bla kliem!

Instagram/Glen Vella


Nicole Barbara