Id-duo stilisti tal-ħwejjeġ lokali Charles & Ron riċentament kellhom prodott tagħhom milbus mill-attur ta’ fama internazzjonali Colin Ford.

Ford huwa wieħed mill-atturi prinċipali fis-show televiżiv ‘Day break’ fuq NetFlix liema attur għandu madwar 330 elf segwaċi fuq instagram.

Colin libes qmis mill-kollezzjoni l-ġdida tax-Xitwa 2019 u ppoża biha għall-magazine Bello.

View this post on Instagram

A post shared by Charles & Ron (@charlesandron) on

Malli Charles & Ron tellgħu ir-ritratt tiegħu fuq l-account tagħhom, Colin Ford weġibhom permezz ta’ qalb.

Awguri Charles & Ron għal aktar suċċessi anke fuq livell internazzjonali.


Clifford Galea