Chanel Monseigneur, nafuha bħala r-rappreżentata Maltija fil-Junior Eurovision Song Contest tal-2020 permezz tal-kanzunetta Chasing Sunsets. Chanel kienet fost l-iżgħar parteċipanti li qatt irrappreżentaw lil Malta f'dan il-festival prestiġjuż.
Infatti Chanel kellha biss 9 snin meta marret għal din l-avventura. Ilbieraħ hi għalqet 14-il sena. Fuq il-mezzi soċjali, ommha Charmaine ħallietilha messaġġ mill-qalb fejn kitbitilha, "Awguri għall-14-il sena tiegħek! Chanel, minn ballerina żgħira għal dilettanta tal-mużika, kantanta, żeffiena u awtriċi tal-kanzunetti... nittamaw li tifhem kemm aħna xxurtjati li għandna lilek timla ħajjitna (u kemm timliha tassew) u mhux biss minħabba t-talenti tiegħek, imma minħabba min int tassew... it-tifla tagħna mimlija enerġija u mħabba."
Ommha żżid, "Inħobbuk sal-qamar u lura, u nittamaw li taf li dejjem inkunu warajk, tkun xi tkun lli tiddeċiedi li tagħmel u liema ħolm tkun trid issegwi! Għandek ħafna minn mamma, papa u Luigi (li jħobb idejqek imma ma jistax jgħix mingħajrek!) Inħobbuk ħafna."
F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat. Nittamaw li kellha jum mill-isbaħ u nawgurawlha għal sena mill-aqwa!
Facebook / Chanel Monseigneur