Maltija oħra fuq X Factor Global, din id-darba Celine li ddeċidiet li tirritorna fix-xena tal-kant wara numru ta' snin tkanta d-dar. L-istorja ta' Celine hi waħda li turi determinazzjoni kbira u jidher li ġibdet l-attenzjoni tad-dinja wkoll!

L-istorja tagħha hi żgur ta' ispirazzjoni għal ħafna li qatt m'għandek taqta' qalbek. X Factor Global kitbu li l-ebda kliem ma jista' jiddeskrivi din l-audition. Celine hija d-definizzjoni li qatt m'għandek taqta' qalbek. "Celine, aħna kburin bik - il-ħolm isir realtà f'dan l-ispettaklu u nittamaw li X Factor Malta jgħinnek twettaq il-ħolm tiegħek."


Emil Calleja Bayliss