Il-kantanta ta' fama internazzjonali Celine Dion għadha kif ippubblikat filmat għas-segwaċi u ammiraturi tagħha rigward il-kunċerti li kellhom isiru sena ilu. 

Celine tispjega li dan huwa żmien diffiċli għal kulħadd u sfortunatament għadna f'qagħda mhux daqstant tajba minkejja li l-vaċċin qed jasal madwar id-dinja. Jidher li minħabba dan Celine għal darb'oħra ser iċċaqlaq il-kunċerti għas-sena 2022. Dwar il-kunċert li kellu jsir f'Malta madanakollu Celine ma semmiet xejn, u għaldaqstant wieħed jassumi li għadu ħa jsir fil-21 ta' Lulju 2021, kif inhu imniżżel fuq is-sit uffiċjali tagħha.

Ara aktar hawn taħt


Kyle Zarb