Is-segwaċi kollha tal-kantanta internazzjonali Celine Dion ħa jifirħu b'din l-aħbar, is-Sajf li ġej Celine Dion ħa tkun ġewwa l-gżejjer Malti sabiex itella' kunċert bħala parti mit-tour dinji tagħha bl-isem ta' Courage.
Il-kunċert mistenni jsir fis-27 ta' Lulju 2020 u ħa jkun imtella' minn NNG Promotions. Din ħa tkun l-ewwel darba li l-kantanta ħa tkun ġewwa pajjiżna, hi ħa żżur 'il fuq minn 100 belt! Fit-18 ta' Settembru bdiet it-tour dinji li għandu jkompli għaddej għal bosta xhur.
Il-biljetti għal dan il-kunċert joħorġu għall-bejgħ bħala għada ġimgħa, fl-10:00 minn fuq www.showshappening.com. Jekk tafu xi fan kbir ta' Celine Dion, aħjar tgħidulu jaħsiblu!
Instagram / Celine Dion