L-attur ċelebri Carlos Farrugia li ħafna jafuh għall-parti ta’ Ġesu Kristu jsib l-imħabba tiegħu appuntu ġo knisja. Carlos ma' sħabu jgħid li ltaqa’ mat-tfajla tiegħu “F’party ta’ Kristu”. Imma kif ġrat eżatt?

Fuq il-programm Be Our Guest tas-Sibt li għadda, it-tfajla ta’ Carlos irrakuntat x’kien ġara. “Kont qiegħda quddiesa taż-żgħażagħ mal-ħbieb tiegħi u kien hemm żewġ seats vojta quddiemi. F’nofs il-quddies daħal u poġġa quddiemi” tgħid Carolyne Portelli.

Ritratt: Be Our Guest / netondemand.mt/

Kien proprju waqt il-ħin tal-paċi li Carlos sab l-imħabba ta’ ħajtu tistennieh. Carolyne tgħid, “Fil-ħin tal-paċi miegħek idur lura u sab lili quddiemu. Qalli l-paċi miegħek u għemiżni.” Xħin spiċċat il-quddiesa Carlos stenna lil Carolyne u baqgħu jitkellmu! Tant li spiċċaw l-aħħar nies li ħarġu minn hemm.

“Żewġ ġranet wara ċempilli u stedinni mmur get together... minn hemm bdejna noħorġu flimkien” tgħid it-tfajla ta’ Carlos.

Ritratt: Be Our Guest / netondemand.mt/

Aħna ta’ Gwida.mt nawguraw lil Carlos Farrugia u t-tfajla tiegħu. Kif jgħid Carlos “Everything happens for a reason”. Forsi min jaf nhar il-Ħadd waqt il-quddies ikun hemm xi ġuvni jew tfajla tgħodd għalik!

Be Our Guest jixxandar fuq Net Television, kull nhar ta’ Sibt fit-3:05pm.

Be Our Guest / netondemand.mt/


Anthony Baldacchino