Dawk kollha li jsegwu lil Valentina Rossi u lil Carlo Gerada żgur li rrealizzaw li l-koppja bħalissa jinsabu fi kwarantina minħabba li Carlos ittestja pożittiv għall-Covid-19! Il-koppja, anqas kieku ma tridx, tispiċċa tammirahom.

@vallyrossix

Making the most out of it... ##covid19 ##quarantine ##relationship

♬ Just the Two of Us - Grover Washington, Jr.

Valentina qed turina kemm hi tajba fit-tisjir u peress li Carlo tilef it-togħma, hi qed tieħu ċ-ċans li ssajjar ikel bnin b'ħafna ħaxix. Iżda l-preżentazzjoni ta' Valentina hija waħda inkredibbli. Tant hu hekk, li taħseb li qed tara ikel ta' xi restaurant li jservi ikel mill-aqwa. Kull ikla li tagħmel faċli ssib ruħha fuq xi blogg jew inkella f'xi paġna ta' instagram fejn itellgħu l-ikel u l-platti sbieħ!

Il-koppja popolari lokali permezz tal-midja soċjali qed juru lil kulħadd kif bi ftit tal-ħsieb, dawru din l-esperjenza f'avventura u jgħaddu siegħa żmien bid-distanza mill-istess dar! Huma qed jużaw it-teknoloġija biex jikkommunikaw flimkien. Anke l-kelb tagħhom Bailey spiċċa jħares lejn Carlo. Valentina qed tipprova tqatta' kemm jista' jkun ħin ta' kwalità ma' Carlo.

Carlo tkellem ma’ Lovin Malta, fejn qal li kien grat ħafna... avolja ma seta’ jduq xejn. Hu jkompli jistqarr, "Hija għadha verament iffukata fuq l-estetika tal-ikel." Jidher li Carlo, f'dan il-perjodu qed jieħu ċ-ċans li fejn jista' jaħdem b'mod remot mid-dar u jkompli jaħdem fuq il-mużika tiegħu.

Mal-istess sit hu appella, "Dak li huwa inkwetanti huwa kemm hu faċli li tieħu dan il-virus u kemm qed jittieħed ħafna għalkemm qed nużaw maskri u iġjene xierqa, iżda xorta waħda, il-virus qed jinfirex b'rata mgħaġġla." Hu jkompli jgħid li nkwetanti li nies li jista' jkollhom kumplikazzjonijiet jistgħu jieħdu dan il-virus faċilment.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Carlos fejqan ta' malajr. Ninsabu ċerti li Valentina ħa tkun qed tkompli tallegrah bil-mod tagħha!

Facebook / Valentina Rossi


Emil Calleja Bayliss