Bħal ħafna każi oħra, ġewwa l-Kroazja għadha kemm saret azzjoni tal-mistħija. 

Figura ta' żewġt irġiel omosesswali ġiet maħruqa. Azzjoni li turi mibgħeda assoluta lejn il-proxxmu. Ħafna kienu li wrew sens ta' dieqa u dispjaċir għal dan kollu, fosthom Carina!

Fil-fatt fuq Facebook kienet diġa' kitbet ħsieb ieħor dwar "li tkun gay ma jbiddilx dak li ibnek jew bintek hu jew hi". Carina hi mara ta' prinċipju u li tħobb is-sewwa u ċertament li bi kliemha tagħmel l-għalmu tagħha biex anke il-ġenituri dejjem jirrispettaw lil uliedhom dejjem u f'kull ċirkustanza.

Illum Carina wriet kemm tinsab iddisgustata b'dak li ġara ġewwa l-Kroazja. Hi tikteb li kull min kien parti mill-moħħ wara dak li ġara tassew għandu biex jistħi.

U hekk hu ta'! 2020 u tibqa' tara din il-mibgħeda u ħdura kollha, kif jista' jkun?!


Kyle Zarb