Il-gżira ta’ Capri, li tinsab f’Napli, hija l-ewwel gżira fl-Italja li hija kompletament meħlusa mill-Covid-19.

Din il-gżira ssoltu tilqa’ ammont sostanzjali ta’ turisti, imma din id-darba l-awtoritajiet f’Capri l-ewwel għan tagħhom kien li r-residenti kollha li jgħixu hemm ikunu rċevew il-vaċċin kontra l-Covid-19 u issa għandhom il-popolazzjoni kollha vvaċċinata.

Issa l-gvernatur ta’ Capri, wara li ħabbar li tlaqmet il-popolazzjoni kollha, ħabbar ukoll li se jkunu qed jippreparaw biex jilqgħu miljuni ta’ turisti ġewwa din il-gżira.

“Dan huwa messaġġ b’saħtu li rridu nibagħtu lid-dinja kollha. Tistgħu tiġu hawn b’mod totalment sigur” qal Sergio Gargiulo, li huwa s-sindku ta’ Capri.


Henzley  Bezzina