Palazzo Parisio lbieraħ tella' ritratt ta' bukkett fjuri fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom. Ritratt li kellu sinifikat mill-isbaħ u ġest tassew mill-qalb mit-tim kollu ta' Palazzo Parision.

Mar-ritratt bil-fjuri kitbu, "Bukkett fjuri sabiħ b'tifkira tal-għarusa li sfortunatament mietet qabel il-ġurnata tat-tieġ tagħha. Strieħ fis-sliem Lisa." Kienu bosta li kkummentaw dwar il-ġest li ddeċidew li jagħmlu minn qalbhom Palazzo Parisio.

Oħrajn għaddew il-kondoljanzi tagħhom u kien hemm min ukoll semma' l-persuna l-oħra li kellha tiżżewweġ lil Lisa u talbu biex dil-persuna tinżamm fit-talb ukoll għax żgur li ġurnata diffiċli mmens.

Ġest żgħir iżda żgur li jiswa mitqlu deheb.

Facebook / Palazzo Parisio


Emil Calleja Bayliss