Ilbieraħ rajna l-ewwel semifinali ta' Brillanti! Semifinali fejn il-parteċipanti ħadmu f'koppji biex iwasslu silta partikolari minn xi musical jew ieħor! Ma kinitx sfida faċli għalihom, għax riedu jitgħallmu silta fi ftit jiem u jagħmlu l-wirja tagħhom quddiem il-membri tal-ġurija. Kienu jafu li xi ħadd minnhom kien se jħalli l-programm.

Fost il-parteċipanti hemm Tristan u Jayden Micallef, l-aħwa li rnexxielhom jaslu sa dan l-istadju. Huma għażlu li jaħdmu ma' parteċipanti oħra, iżda mhux it-tnejn ġiethom tajba fil-programm tal-bieraħ. Dan għaliex Jayden flimkien ma' Mariana spiċċaw rebħu l-programm tal-bieraħ, filwaqt li Tristan u Kira spiċċaw jissieltu kontra xulxin biex jgħaddi għas-semifinali,. Dan wara li l-ġurija professjonali ħasbu li minkejja t-talent sabiħ tagħhom, dan ma kien ħareġ bl-aħjar mod possibbli fl-isfida li ġiet preżentata lihom.

Sfortunatament, il-ġurija qablu li Tristan kellu jħalli l-programm. Kienet xena kemxejn ta' għafsa ta' qalb, speċjalment għal ħuh iż-żgħir Jayden. Erġgħu għixu l-episodju tal-bieraħ billi tidħlu HAWN.


Emil Calleja Bayliss