L-emozzjoni u l-eċitament dejjem jiżdiedu hekk kif l-awdizzjonijiet ta' Brillanti singer jidħlu fir-raba’ ġimgħa tagħhom! Żgħażagħ minn madwar Malta, Għawdex, u lil hinn qed jittantaw xortihom quddiem il-membri tal-ġurija internazzjonali tagħna – Nate Morrison, Sarah Harrison, u Verdiana – bit-tama li jirbħu total ta’ €30,000!

Xi wħud jaqsmu l-linja għaż-żewġ fażi li jmiss, filwaqt li oħrajn jitilqu mill-palk maestuż ta’ BRILLANTI SINGERS b’qalbhom maqtugħa. Din il-ġimgħa, is-sorpriżi ma jonqsux! 

  • Se jsaħħar il-ġurija Kurt Cassar bil-vuċi unika tiegħu?
  • X’se tagħmel Nicole Hammett – il-kantanta versatili minn Birkirkara? Ser timpressjona biżżejjed biex tgħaddi għall-kwarti tal-finali?
  • Min huma t-40 tifel u tifla li se jimlew it-teatru bl-entużjażmu, il-ħlewwa u l-bravura tagħhom? Ser jirnexxilhom juru l-brillanti ta’ ġewwa fihom?
  • U x’se jkun id-destin tal-kantanta popolari Francesca Sciberras? Se tmiss il-qlub tal-ġurija bil-vuċi tagħha?
  • Yulan Law – kantanta ta’ livell għoli immens – se toħroġ tiċċelebra wara l-awdizzjoni tagħha?
  • U x’se jiġri fl-awdizzjoni ta’ Jake Borg u ta’ ħafna żgħażagħ oħra llejla?

Mela titilfux ir-raba’ programm ta’ BRILLANTI SINGERS – illejla fid-20:45 fuq ONE! M’hemmx x’tistennew ħlief… BRILLANTI! 


Gwida.mt