Id-destin ħadd ma jafu, imma kelma ta' faraġ taf timxi ħafna aktar minn kemm wieħed jistenna u din taf tkun ta' wens kbir. Hekk ġara lura fl-2008, meta l-attur Brian Farrugia sab ruħu l-isptar wara aċċident ikrah bil-mutur.
Ritratt: Facebook / Brian Farrugia
Brian kien ħabat bil-mutur ma' erba' karozzi, spiċċa għamel erba' operazzjonijiet u kważi madwar tmin ġimgħat l-isptar. Fuq kumment li ħalla fuq l-artiklu bl-istorja ta' Maryann, Brian kiteb: "li niftakar hu li meta tawni sodda, ġiet nurse fuqi, tatni santa u qaltli il-pazjenta li kien hawn qablek tgħidx kemm talbet għal persuna li kien ġej warajha u tatni santa."
Brian itemm il-kumment tiegħu billi jgħid li meta staqsa min kienet, qalulu li kienet Maryann Muscat. Pubblikament Brian irringrazzjaha. Maryann ħallietlu messaġġ ħelu "żomm lil Ġesu f'qalbek għax hu għenek."
Ritratt: Facebook / MaryAnn Muscat
Sabiħ li tant u tant snin wara, Brian għadu jiftakar din il-ġrajja. Ġest sempliċi, imma tassew speċjali għax f'mumenti bħal dawn l-iċken att ikun jiswa d-dinja għal dak li jkun. Kelma ta' faraġ taf tkun biżżejjed biex tgħin persuna jirkupra!
Ritratt: Facebook / Brian Farrugia