L-attur u produttur Brandon Terribile mil-lum beda ġimgħa fejn fiha ħa jibda juri x'jiġri minn wara l-kwinti għas-sensiela Avarù. Fil-fatt fir-ritratti jidhru l-kast u l-kru kollu ġol-istudjo waqt l-iffilmjar.

Brandon kiteb, "Din il-ġimgħa qed niftħu l-bibien tal-istudjo tagħna! Ara kif isir Avarù! Din hi l-ġimgħa tal-making of! Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq Television Malta fit-15:00!"

Fir-ritratti jidhru anke l-karattru jaħdmu uħud fost ix-xeni li rajtu tul l-episodji, bil-kru jipprepara u jara li kollox ikun qed jidher kif suppost. Jidher ukoll il-famuż green screen, li bis-saħħa tiegħu naraw tant xeni differenti waqt dan il-programm.

Prosit Brandon, u lill-kast u kru kollu! Idea tajba biex il-pubbliku japprezza aktar u aktar ix-xogħol li jirrikjedu.


Kyle Zarb