Ftit jiem ilu saret kompetizzjoni taż-żfin bl-isem ‘Mediterranean Open Dance Festival’ fejn bosta żeffiena Maltin ikkompetew mal-barranin. Fosthom kien hemm Brandon Spagnol minn ‘Shake Dancers’ li qasam magħna fuq il-Facebook is-sodisfazzjon li qed iħoss wara dan is-suċċess.

Brandon, flimkien ma ‘Shake Dancers’ grupp immexxi minn Christian Caruana, kiseb bosta riżultati sbieħ. Huma rebħu l-kategorija ‘Modern Dance’ li fiha żiffnu bħala grupp. Brandon flimkien ma Jessica Camilleri kisbu t-tielet post u r-raba’ post meta kkompetew bħala koppja fil-kategorija ‘Latin American’. L-għalliem li jmexxi dan il-grupp jawguralhom ukoll.

Brandon huwa wkoll korjografu ma ‘Vocal Lane’ mmexxija minn Dominic Cini u Ina Robinich, li dawn ukoll sabu l-ħin jawgurawlu suċċess. Dominic u Ina: "Huwa kojografu tagħna pero anke ħabib vera li dejjem lest biex jagħti daqqa t'id".

Gwida.mt jixtieq jawgura lil Brandon u liż-żeffiena kollha għas-suċċess li waslu għalih u nixtiequlhom aktar riżultati sbieħ!


Kyle Zarb