Il-paġna Y don't U għadha kemm ħabbret li l-artisti lokali tagħha kisbu suċċess waqt Starpower International ġewwa Londra, matul tmiem il-ġimgħa. Din hi t-tieni kompetizzjoni li bħala tim taż-żfin ipparteċipa fiha, u l-ewwel waħda internazzjonali.

Dawn huma r-riżultati:

  • L-ewwel post fil-Musical Theatre Trio -Ria, Clarice u Faith
  • L-ewwel post fl-Open Duo - Faith u Zoe
  • L-ewwel post fil-Hip Hop Solo - Faith
  • L-ogħla punteġġ - l-artisti kollha
  • Judges' Choice Award - Faith
  • Power Pak Invite - Ria

Prosit kbira lill-artisti ta' Y don't U!


Kyle Zarb