Andrew Schembri, artist u mużiċist ta' 29 sena, ħalliena bla mistenni, u warajh ħalla komunità sħiħa ta' artisti maħsuda.

Kien magħruf l-iktar bħala l-kitarrist tal-grupp Brikkuni u parti mid-dwett artistiku Late Interactive. Sa ftit jiem ilu, kien fuq il-palk flimkien ma' sħabu tal-Brikkuni waqt li kienu qed jiftħu l-ispettaklu għal Gogol Bordello. Id-disinji tiegħu tad-dwal kienu stmati ħafna, u dehru f'diversi kunċerti u festivals lokali.

Il-mewta tiegħu, li ġrat ġewwa San Pawl il-Baħar, ma ġietx ikkunsidrata suspettuża mill-pulizija.

Il-familja tiegħu ddeskrivitu mat-Times of Malta bħala ġuvni b'qalb tad-deheb, intelliġenti,u mimli passjoni. Mario Vella, il-kantant tal-Brikkuni, wkoll esprima l-imħabba kbira tiegħu għal Schembri u wiegħed li se jżomm il-legat tiegħu ħaj.

Strieħ fis-sliem, Andrew.

Facebook / Andrew Schembri


Bradley Cachia