Diversi nies, dalgħodu qamu maħsuda bit-telfa ta' Rita Sammut, omm żewġt itfal. Rita kellha 39 sena u kienu diversi nies fuq il-mezzi soċjali li sellmu l-memorja tagħha u għaddew il-kondoljanzi tagħhom lil żewġha u lil ulieda.

L-aħbar fuq il-mezzi soċjali jidher li ħarġitha, oħt ir-raġel ta' Rita fejn kitbet, "B'dieqa nixtieq inħabbar it-telfa tal-mara ta' ħija li ħallietna. Int ħallejtna kmieni u ħallejtna bla kliem, inħobbok għal dejjem. Il-funeral ser isir għada fil-Knisja Parrokkjali tal-Gżira fis-14:00."

.

Il-kantanta Destiny ukoll sellmet lil Rita, li kienet tafha fix-xena tal-kant. Dan għaliex it-tifla l-kbira ta' Rita, Eksenia hija wkoll kantanta. Destiny kitbet, "Nikteb dan bid-dmugħ f’għajnejja u b’qalbi tqila. Rita tassew ma nistax nemmen li inti ħallejtna."

Destiny iżżid, "Mara sabiħa minn ġewwa u minn barra li tieħu ħsieb u tħobb lil kulħadd u li dejjem kienet hemm biex tgħin lin-nies. Rita omm tal-għaġeb għal żewġ tfajliet sbieħ li ħabbejt bla kundizzjoni u tajthom id-dinja. Onestament ma nistax nemmen, nitlobkom biex tħares fuqna peress li int anġlu veru fis-sema."

Hi tagħlaq bil-kliem, "Grazzi talli dejjem kont hemm għalija u tal-appoġġ u l-paċenzja kollha. Inħobbok ħafna." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb ta' Rita.

Ċertament li t-tbissima u l-karattru simpatiku tagħha ħa jibqa' mfakkar minn bosta. Strieħ fis-sliem.


Emil Calleja Bayliss