Il-Patri Denis Borg kien qiegħed jgħix Melbourne fl-Awstralja fejn ħadem ħafna bħala missjunarju. Bosta jinsabu mnikkta bit-telfa tiegħu u kitbulu messaġġi biex isellmu l-memorja tiegħu.
Il-paġna Parroċċa Għaxaq kitbet, “Nitolbu għal ruħ Patri Denis Carabott MSSP, minn Ħal-Għaxaq, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Patri Denis daħal fil-komunità tal-MSSP fl-1958 u sar saċerdot f’Marzu tal-1967. Bħala missjunarju MSSP, ħadem ħafna fl-Awstralja. Nirringrazzjawh tax-xhieda nisranija tiegħu u tal-ħeġġa għal Gesu li dejjem wera matul ħajtu.
Il-funeral tiegħu se jsir fis-16 ta’ Jannar ġewwa l-Awstralja.
Nirringrazzjawh tal-ħidma kollha tiegħu u nżommu lilu u kif ukoll lill-qraba u l-ħbieb tiegħu fi ħsibijietna f’dan iż-żmien tant diffiċli.
Facebook / Parroċċa Għaxaq u MSSP Australia