Illum ħalla din id-dinja l-għalliem tal-għawm Sasa Kostic u bosta b’qalb maqsuma sellmu l-memorja tiegħu b’messaġġi emozzjonali.

L-organizzazzjoni Embrace Diversity kitbitlu, “Illum nonoraw l-għażiż Sasa li l-mewt tiegħu ħalla vojt f’Embrace. Bħala hydrotherapist dedikat u għalliem tal-għawm, u biddel it-terapija f’esperjenza sabiħa għal kull tifel u tifla. Iċ-ċajt ta’ Sasa għamlu kull sessjoni speċjali, li tgħin lit-tfal jikbru u jħossuhom ferħanin. Aħna vera grati għat-tbissim kollu li ġab fil-komunita’ tagħna.”

Huma spiċċaw bil-kliem, “Grazzi Sasa għax-xogħol bieżel tiegħek u talli għamilt lit-tfal tagħna ferħanin kuljum meta ħdimt magħna. Se nimmissjawk. Kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb tiegħu. Strieħ fil-paċi għażiż Sasa.”

Apparti dan il-messaġġ, ħafna persuni oħrajn kitbulu messaġġi sbieħ fuq il-paġna tiegħu. Inżommu lilu, il-qraba, u l-ħbieb tiegħu fit-talb tagħna.

Facebook / Embrace Diversity Organisation u Sasa Kostic


Gabriella Borg