Il-Koalizzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija, is-sidien tal-petizzjoni li għadha kif ħarġet, rigward is-sitwazzjoni tal-Bagħal taż-Żunżan (Vespa orientalis), tisħaq li dawn l-ispeċi qed iservu ta’ periklu għan-nies inġenerali u ta' theddida għal apikultura lokali.

Dawn jistgħu ikunu ta' theddida għan-Naħla Maltija (Apis mellifera ruttneri). L-għaqda tikteb li jeħtieg li tittieħed azzjoni immedjata mill-entitajiet governattivi bil-kooperazzjoni sħieħa tal-NGOs.

 Fil-fatt jgħidu li din il-petizzjoni nħolqot sabiex jiġbru s-sapport tal-pubbliku dwar din il-problema reali u kurrenti. "Din il-petizzjoni ser tiġi mgħoddija lill-entitajiet governattivi."

Idħol f'din il-post jekk tixtieq tiffirma.

Facebook/ The Exterminator


Kyle Zarb