Julia Balzan u Samira Cauchi huma żewġ ismijiet li żgur mhux ħa ninsew malajr, it-tnejn kellhom audition mill-aqwa iżda meta dawn it-tnejn ġew flimkien ikkrejaw xi ħaġa speċjali mmens. Il-ġurija għaqduhom flimkien u bdew jissejħu Bloodline.
Huma għamlu l-kanzunetta Lovely ta' Billie Ellish u niżlet tajjeb għaġeb mal-ġurija. Wieħed kurjuż sa fejn ħa jwassal dan il-grupp. Nistqarru li fakkruna ħarira fil-grupp popolari Malti The New Victorians imma differenti xorta waħda.
Ħerqana għal aktar mingħandhom dawn it-tnejn żgur!
Facebook / X Factor Malta