Il-famuż Black Friday magħna wkoll u l-offerti li wieħed issib fuq l-internet xebbawna jfakkruna li wasal dan il-jum speċjali u probabbli anke rċevejtu xi email biex ma tinsewx li wasal dan il-jum importanti!

Aħna ħsibna li nfakkrukom ftit ukoll għax nemmnu li dawn l-offerti ta' min jikkunsidrahom, speċjalment jekk kont qed taħsibha darba darbtejn!

Art At Home 

Dawn qed joffru din il-kamra tas-sodda bil-prezz speċjali ta' €1380 mill-prezz oriġinali ta' €1600. Ovvjament għandhom offerti. Aħna ħassejna li din waħda milli għandhom li hi tal-ġenn!

Mattress Collection

Qed joffru saqqu bl-isem ta' G2 Grand Mattress, li jgħinek torqod bl-iktar mod komdu! Iddisinjat għal-lukandi lussużi u issa jista' jkun ġo darek għal prezz ta' €839 minn €1199 , tletin fil-mija inqas!

Pharma-Cos

Qed joffru żarbun għall-prezz ta' €60 minn €75, li l-qiegħ tiegħu jieħu l-forma ta' sieqek u waqt li tkun miexi jew miexji jgħinek sabiex il-pass tiegħek ikun wieħed irpużat!

A to Z

Argoclima Dry Nature Dehumidifier li hi wkoll eco-friendly! Xi trid aktar! Din tibda mill-prezz tal-ġenn ta' €99. Prezz ieħor mill-aqwa! 

Auto Sales Ltd - Kind's

Jekk imħajjar tixtri karozza, donnu li għandek għażla ideali. Fuq mudelli li jinsabu f'pajjiżna ma jitħallasx depożitu, servizz mill-aqwa, road charges b'xejn u tingħata wkoll vouchers u rigali oħra. Dan kollu mal-mudelli tad-Dacia. Ovvjament tajjeb li tirrikoru gġand Auto Sales Ltd, fejn jistgħu jgħaddulkom aktar informazzjoni.

 

Ħames offerti tal-ġenn li ma tistax titlef ngħiduha kif inhi! Insomma dal-famuż Black Friday mhux li ħa jdum wisq, jiġifieri aħjar taqbad il-karozza u taħsiblu qabel issir il-ħin u titlef waħda mill-offerti li ktibna fuqhom hawn fuq!


Emil Calleja Bayliss