It-Toroq f’Balzunetta fil-Floriana ilhom bla dawl għal kważi ħames ġimgħat. Kawża ta’ dan, ir-residenti ma jkunux jistgħu jħallu djarhom bil-lejl b’mod sigur.

Il-Mexxej tal-Minoranzi għall-Kunsill Lokali tal-Floriana, James Aaron Ellul, tkellem dwar il-kwistjoni fuq il-midja soċjali aktar kmieni llum. “…Residenti ma jistgħux joħorġu passiġata b'serħan il-moħħ, fejn ma jistgħux joqogħdu fl-intrata tal-bieb għall-frisk għax qed jibżgħu, fejn anki d-dritt li int tħossok sigur f'darek f'dawn l-aħħar ġimgħat għeb għal kollox.”

Apparentament, in-nuqqas ta’ dawl hu minħabba xi proġetti li għaddejjin bħalissa. “Allura tneħħi l-provvista tal-elettriku minn numru ta' toroq għal ġimgħat sħaħ?” staqsa James.

“Soluzzjonijiet min-naħa tiegħi bgħatt, l-awtoritajiet jeħtieġ li jibdew jisimgħu issa, illum qabel għada. Il-Floriana tagħna jixraqilha ferm aħjar.”

Facebook/James Aaron Ellul


Nicole Barbara