Illum, FIFA ħabbru li l-bejgħ tal-birra u tal-alkoħol mhux se jkun permess fil-grawnds tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Qatar. Filwaqt li l-ispettaturi ġenerali se jkunu ristretti għal xarbiet mhux alkoħoliċi, l-alkoħol xorta waħda se jkun disponibbli fiż-żoni korporattivi tat-tmien grawnds li fihom se jkunu qed isiru l-logħob. 

Il-Qatar għandha liġijiet stretti kontra l-alkoħol, iżda qabel din id-deċiżjoni, l-ispettaturi kienu permessi jixtru l-alkoħol f'ċerti żoni ġewwa l-grawnds stess. Iżda dan m'għadux il-każ.


Bradley Cachia