Din il-koppja iltaqgħet sena u nofs ilu u minn dakinhar qatt ma għamlu ġurnata ’l bogħod minn xulxin. Lura lejn l-aħħar ta’ Jannar li għadda, f’għeluq snin l-għarus, il-koppja marru ikla u l-għarus, Alex bħala ċajta lil ħabib tiegħu propona lit-tfajla tiegħu Rudy fil-pjazza ta’ Buġibba ħdejn il-mutur ta’ sieħbu.

Ritratt: Zayden Camenzuli Photography

Għalkemm kienet ċajta, l-għarus xtaq li kienet verità u minn hemm bdew jorganizzaw it-tieġ, li seħħ f’April ta’ din is-sena. L-għarusa Rudy, tistqarr li għalkemm ħafna taf jgħidu li din hi ġennata hi temmen li kienet dik li jgħidu bl-Ingliż love at first sight. 

Ritratt: Sc Photography

Żewġ affarijiet komuni li għandhom il-koppja huma l-ivjaġġar u l-muturi! Allura l-inviti tat-tieġ kienu form ta’ biljetti tal-ajru b’ritratt tal-koppha fuq il-mutur bid-dettalji kollha tat-tieġ imniżżlin. Barra minn hekk it-tieġ kellu t-tema tal-muturi! Sewwa qrajtu, tieġ bit-tema tal-muturi.

Ritratt: Zayden Camenzuli Photography

Il-grupp ta’ ħbieb tagħhom li jirkbu l-mutur magħhom, iltaqgħu għand omm l-għarusa, inkluż l-għarus li ovvjament ra lil għarusa bil-libsa tat-tieġ qabel qalu s-signor si. Qabel ma kellhom iċ-ċerimonja ċivili, l-għarajjes marru mawra madwar Malta.

Ritratt: Zayden Camenzuli Photography

Mhux talli hekk, talli l-għarajjes żejnu l-helmets tagħhom għall-okkażżjoni u mxew bihom fuq rashom qabel ma’ wegħdu lil xulxin għal dejjem. L-għarajjes irnexxielhom ibusu lil xulxin lebsin il-helmets filwaqt anke żifnu ftit bihom! Oriġinali ferm!

Ritratt: Alex Meszaros

L-għarusa tgħid li t-tieġ kien ħolma li saret realtà u għalkemm kulħadd qallhom li huma mġienen, kollox irnexxa b’wiċċ il-ġid! Inkluż li titla’ fuq il-mutur bil-mant twil! F’isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja ħajja feliċi flimkien u aktar avventuri bil-muturi.


Emil Calleja Bayliss