Ilbieraħ iżżewweġ Kersten Borg, il-president, direttur u propretarju ġdid ta’ Miss Malta. Il-koppja ilhom f’relazzjoni flimkien għal dan l-aħħar sitt snin u t-tnejn li huma jaħdmu fix-xena tal-moda. Hemm ħafna li jemmnu bis-superstizzjoni li l-għarus m’għandux jara il-libsa tal-għarusa qabel il-ġurnata tat-tieġ imma milli jidher din il-koppja ma tantx temmen f’dawn is-superstizzjonijiet.
Ritratt: Mill-Pinna Ta' Ramona Portelli
Wieħed probabbli qed jistaqsi għala? Kersten flimkien mal-għarusa tiegħu ħadu d-deċiżjoni li Kersten stess jiddisinja l-libsa tat-tieġ tagħha. Hu mhux l-ewwel darba li għamel dan għal ħaddieħor allura kienet xi ħaġa naturali għalih. Iżda dan il-fatt fisser li mhux talli ddisinja hu stess il-libsa, talli kien preżenti waqt kull prova tal-famuża libsa.
Ritratt: Mill-Pinna Ta' Ramona Portelli
Kersten magħruf għad-disinji tal-ħwejjeġ tiegħu taħt l-isem ta’ Borg, Downunder u Exclusive. F’isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja futur mill-isbaħ flimkien, mimli b’dak kollu li tixtieq qalbhom. Ħajr ukoll lil Ramona li qasmet magħna din l-istorja mill-blogg tagħha Mill-Pinna Ta' Ramona Portelli.
Mill-Pinna Ta' Ramona Portelli