Ira Losco kienet il-mistiedna waqt il-programm L-Ewwel Nota, preżentazzjoni ta' Mro. Matthew Bugeja, fejn tkellmet dwar il-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurovision Song Contest 2002 u 2016.

Fl-2002 titkellem dwar il-vjaġġ ta' 7th Wonder, li wassal biex Malta tiklassifika fit-tieni post. Fl-2016 Ira reġgħet għexet il-mument bil-kanzunetta Walk On Water, fejn in-natura tal-Eurovision kienet inbidlet kompletament.

Fost l-affarijiet li titkellem fuqhom Ira hi l-votazzjoni waqt il-Eurovision 2002. Ira ssemmi dwar kemm ma kinitx qed tobsor li ser tkun daqstant viċin ir-rebħa, u bla dubju l-eċitament kien kbir waqt il-votazzjoni.

"Bl-ebda mod ma kont qed nissoponi li kważi nerbħuh. Malta kienet dejjem ħadet riżultati tajbin, fis-snin ta' qabli dejjem ġiet mal-ewwel għaxra."

Ira ssemmi, "Wara l-ewwel prova tiegħi, fil-konferenza stampa kien hemm ħafna nies... kien hemm ħafna interess... imbagħad fil-votazzjoni bdejt nara lil Malta tiela tiela tiela, dejjem tiġi l-kamera, għax jiġu qabel biex jiffilmjaw ir-reazzjoni tiegħek..."

Segwi l-intervista sħiħa HAWN

TVMi/ L-Ewwel Nota


Kyle Zarb