Ir-raġel ta’ ispirazzjoni kbira, li ddedika ħajtu għal nies, li bħalu huma morda bil-marda qerrieda tal-ALS qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku.

F’post li tmisslek qalbek, Bjorn jikteb li llum hija s-sitt ġurnata minn mindu daħal l-isptar. Jikteb li llum qed jistennew li jirċievu r-riżultat ta’ scan li sarlu. Jekk dan ir-riżultat ma jkunx tajjeb, ikollha ssirlu operazzjoni, li l-konsegwenzi tagħha mhuma pożittivi xejn. Bil-ħniena, Bjorn jitlob lill-pubbliku sabiex jitlob għall-miraklu.

View this post on Instagram

A post shared by Bjorn Formosa (@bjornformosa) on

Kontinwament Bjorn jorganizza diversi avvenimenti biex jiġbor il-fondi għal Dar Bjorn 2. Wieħed mill-avvenimenti li qed jaħdem għalih huwa ta’ nhar il-Ġimgħa 25 t’Ottubru waqt Xarabank. Inħeġġukom sabiex tagħtu donazzjoni għax mingħajr dubju hija kawża tassew ġusta. Bid-donazzjoni tiegħek tkun qed tgħin biex it-tieni ħolma ta’ Bjorn issir realtà!

F’isem Gwida.mt ngħidu lil Bjorn sabiex jagħmel il-kuraġġ. Tinsab f'tabna Bjorn!

Facebook / Bjorn Formosa


Yasmin Camilleri