Illum hi proprju t-tlettax-il ġurnata minn meta Bjorn daħal ġewwa l-isptar, imma għalkemm għadu muġugħ ħafna hu jħabbar li ħa jitlaq mill-isptar. Jistqarr fuq il-midja soċjali tiegħu li l-operazzjoni hi wisq perikoluża biex issir u bħalissa mhux għażla.
Ritratt: Facebook / Bjorn Formosa
Jgħid li ħa jkollu jibqa' jistenna u jissaporti dan l-uġigħ, għandu appuntament sabiex jirritorna fi żmien ġimgħatejn. Id-determinazzjoni tiegħu hi xi ħaġa li wieħed jammira, sadanitant jgħid li jkompli jaħdem sabiex iwettaq il-proġett li jmiss tat-tieni parti ta' Dar Bjorn.
Xarabank tal-25 t'Ottubru ħa jkun qed jiġbor il-fond b'risq Dar Bjorn u dan il-proġett! Wieħed jista' jagħti donazzjoni ta' €6.99 billi jibgħat messaġġ fuq 5061 8936 jew inkella jibgħat donazzjoni permezz ta' Revoltu fuq +356 7920 9420.
Facebook / Bjorn Formosa