F’post fuq Facebook, Bjorn ħabbar li jinsab lura l-isptar u din id-darba ma jidhirx li hemm aħbarijiet sbieħ. Kontra dak mistenni, Bjorn jgħid li ħa jkollu jagħmel operazzjoni maġġuri u fis-sitwazzjoni li jinsab fiha qatt ma jaf jekk iqumx minn operazzjoni bħal din.

Hu jfakkar lin-nies li għadhom kif ikkonfermaw il-prorgamm ta’ Xarabank u għal darb’oħra Bjorn juri kemm għandu qalbu kbira, jgħid li din aktar importanti minn affarijiet personali! Xarabank ħa jkun qed jixxandar fil-25 t’Ottubru u ħa jinġabru l-flus għal dar akbar u aktar moderna. Huma jinsabu motivati aktar minn qatt qabel biex jagħmlu dan il-proġett uniku f’Malta.

F’isem Gwida.mt nitolbu li l-operazzjoni ta’ Bjorn tkun waħda ta’ suċċess, fadallu ħafna aktar x’joffri u qed jgħin ħafna ħafna oħra nies li għaddejjin mill-istess kundizzjoni. Kuraġġ Bjorn, tinsab f’talbna.

Facebook / Bjorn Formosa


Emil Calleja Bayliss