Kevin iħobb jarma ħafna fi żmien il-Milied, hu qalilna, "nibda qisu minn nofs Ottubru tant kemm inħobbu l-Millied. Bis-sabiħ u l-ikrah tiegħu, iġibli ħafna paċi f'qalbi dan iż-żmien."

Kevin mhux l-ewwel darba li kien għaddej b'xogħol minn post għall-ieħor jew b'sensiela ta' kunċerti f'dawn iż-żminijiet. Ġewwa l-Isvezja, il-kunċerti tal-Milied huma popolari ferm u l-artisti jkunu verament impenjati jagħtu kunċerti minn post għall-ieħor.

View this post on Instagram

A post shared by Kevin Borg (@kevinborg) on

Kevin magħna jistqarr li, "l-isbaħ rigal li qatt qlajt kienet dejjem kull darba li f'nofs concert tour inkun nista' nasal id-dar fil-ħin u nkun mal-familja hawn Malta." Hu jgħidilna li, "ir-rigali ma tantx jagħmlu bija,anzi pjuttost inħobb intihom jien ir-rigali ha nara l-espressjoni ta' dak li jkun."

Kevin jirrakonta magħna li forsi mumenti mhux daqstant sbieħ fil-Milied kien, "l-ewwel millied li għaddejna wara li ħallietna ommi." Iżda malajr jaħseb f'memorja mill-isbaħ, "l-ewwel darba li tlajt l-Isvezja u għaddejt l-ewwel Millied fis-silġ, li qatt ma kont rajt! Kienet esperjenza li ma ninsieha qatt."

View this post on Instagram

A post shared by Kevin Borg (@kevinborg) on

Li jara lil ta' madwaru kuntenti hi l-iktar ħaġa li jgħożż u jkun jixtieq kull Milied! Kevin jgħidilna li ma jqattgħax jum il-Milied l-istess, "meta jkolli xi kunċerti barra niċċelebrah fuq xi ajruplan ġej lura d-dar. Jekk inkun off inħobb niċċelebrah imdawwar mal-familja."

Fl-aħħar spiċċajna billi staqsejnieh, kieku jkollu xewqa għal dan iż-żmien xi tkun. Kevin jistqarr, "xewqa li għandi għal dan il-Millied fuq li qed nara fuq social media u aħbarijiet hija li nnaqqsu daqsxejn mill-ġenn li hawn bħalissa fil-pajjiż forsi nkunu nistgħu ngawdu Millied fil-paċi u nkunu poplu magħqud.

View this post on Instagram

A post shared by Kevin Borg (@kevinborg) on

Ovvjament nixtieq is-saħħa lil kulħadd u naħseb ukoll f'dawk in-nies li ser iqattgħu l-Millied fl-isptar." Kevin jagħlaq l-intervista tiegħu b'dan il-messaġġ, "l-aħħar u mhux l-inqas nixtieq nawgura lill-poplu Malti u Għawdxi kollu l-Millied u s-Sena t-Tajba. J'Alla jkollkom dak kollu li tixtiequ."

Instagram / Kevin Borg


Emil Calleja Bayliss