Il-producer tar-radju JD Patrick spiċċa b'fenek fuq moħħu! Kompetizzjoni li saret waqt il-programm tar-radju Nate Frank & Rossi u li rat tnax-il annimali domestiċi differenti inkurunati bħala ‘Pets tal-Ġimgħa’ żviluppat f’kalendarju sħiħ li qed jiġi ppublikat sabiex jinġabru fondi għax-xelters lokali tal-annimali.

jd

It-tim tal-midja soċjali ta’ Vibe u t-tim ta’ Borg Cardona Pet Supplies ipproduċew il-kalendarju billi bdew iqabblu l-annimali domestiċi mat-tim ta’ Vibe. Filwaqt li JD Patrick ġie mqabbel ma’ fenek fix-xahar ta' April, naraw lil Valentina Rossi ma’ żiemel! Beppe Vella (magħruf ukoll bħala Jadedcoffee) kien il-fotografu.

Jekk tixtieq tgħin lil Vibe u Borg Cardona Pet Supplies ikomplu jiġbru l-fondi biex jgħinu lix-xelters tal-annimali, ixtri dan il-kalendarju! Dan jista’ jinxtara fil-pet shops ewlenin kollha f’Malta.

Facebook/Jd Patrick


Nicole Barbara