Ilbieraħ l-MFCC f’Ta’ Qali laqa’ r-ritorn tal-kunċert Rockestra li ħafna jkunu qed jistennewh kull sena.

Diversi artisti bravissimi kellhom parti f’dan il-kunċert fejn paxxew lil dik l-udjenza numeruża li attendiet għal din l-edizzjoni ta’ Rockestra. Fost dawn l-artisti kien hemm Pawlu Borg Bonaci, The New Victorians, Ozzy Lino u Klinsmann, fost diversi artisti oħra. Ilbieraħ attendew ukoll il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura tiegħu , flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fejn dawn ukoll setgħu japrezzaw it-talent Malti.

Illejla se jkun qed isir it-tieni u l-aħħar show ta’ Rockestra għal din is-sena u nisperaw li s-sena d-dieħla jkun jista’ jerġa jsir b’udjenza meraviljuża.


Henzley  Bezzina